Nifhmu lil CLP
-
CLP
- Nifhmu lil CLP
- Klassifikazzjoni ta’ sustanzi u taħlitiet
- Ittikkettar u mballaġġ
- Klassifikazzjoni u tikkettar armonizzati (CLH)
- Il-klassijiet il-ġodda ta’ periklu 2023
- Isem kimiku alternattiv f'taħlitiet
- Understanding Seveso
- Inventarju C&L
- Leġiżlazzjoni
- L-irwol tal-ittestjar f'CLP
- Infurzar
- Sostituzzjoni b’sustanzi kimiċi aktar sikuri
- Nanomaterials
- Sustanzi ta' tħassib potenzjali
Nifhmu lil CLP
Ir-Regolament ((KE) Nru 1272/2008) dwar il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ (CLP) huwa bbażat fuq is-Sistema Globalment Armonizzata (GHS) tan-Nazzjonijiet Uniti u l-iskop tiegħu huwa li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u l-ambjent kif ukoll il-moviment liberu ta’ sustanzi, taħlitiet u oġġetti.
Ir-Regolament CLP jemenda d-Direttiva dwar Sustanzi Perikolużi (67/548/KEE (DSD)), id-Direttiva dwar Preparazzjonjijiet Perikolużi (1999/45/KE (DPD)) u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) u sa mill-1 ta’ Ġunju 2015 huwa l-uniku leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-UE għall-klassifikazzjoni u t-tikkettar ta’ sustanzi u taħlitiet.
CLP huwa legalment vinkolanti fl-Istati Membri kollha u huwa direttament applikabbli fis-setturi industrijali kollha. Jesiġi li l-Il-manifatturi, l-importaturi jew l-utenti downstream tas-sustanzi jew it-taħlitiet jikklassifikaw, jittikkettaw u jippakkjaw il-kimiċi perikolużi tagħhom b’mod adegwat qabel ma jqegħduhom fis-suq.
Wieħed mill-iskopijiet primarji taʼ CLP hu li jiddetermina jekk sustanza jew taħlita jurux karatteristiċi li jwasslu għal klassifikazzjoni perikoluża. F’dan il-kuntest, il-klassifikazzjoni hija l-punt tat-tluq għall-komunikazzjoni dwar il-perikli.
Meta informazzjoni rilevanti (pereżempju data tossikoloġika) dwar sustanza jew taħlita tissodisfa l-kriterji ta’ klassifikazzjoni fʼCLP, il-perikli mis-sustanza jew it-taħlita huma identifikati billi tiġi allokata lilhom ċerta klassi u kategorija ta’ periklu. Il-klassijiet ta’ periklu fʼCLP ikopru perikli fiżiċi, għas-saħħa, ambjentali u addizzjonali.
Hekk kif sustanza jew taħlita tkun ikklassifikata, il-perikli identifikati għandhom jiġu kkomunikati lill-atturi l-oħrajn fil-katina tal-provvista, inklużi l-konsumaturi. L-ittikkettar tal-perikli jippermetti l-komunikazzjoni, bit-tikketti u l-iskedi tad-data dwar is-sigurtà, tal-klassifikazzjoni tal-perikli lill-utent ta' sustanza jew taħlita, biex ikun avżat bil-preżenza ta’ periklu u bil-ħtieġa li jiġu ġġestiti r-riskji assoċjati.
CLP jistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-elementi tat-tikkettar: pittogrammi, kliem ta’ sinjal u dikjarazzjonijiet standard dwar il-periklu, il-prevenzjoni, ir-rispons, il-ħżin u r-rimi, għal kull klassi u kategorija ta’ periklu. Jistabbilixxi wkoll standards tal-imballaġġ ġenerali biex jiżgura l-provvista sikura ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużi. B’żieda mal-komunikazzjoni tal-perikli permezz tar-rekwiżiti ta’ tikkettar, CLP huwa wkoll il-bażi għal ħafna dispożizzjonijiet leġiżlattivi dwar il-ġestjoni tar-riskju tal-kimiċi.
Barra minn dan, il-proċessi li ġejjin jiffurmaw parti minn CLP:
Klassifikazzjoni u tikkettar armonizzati
Il-klassifikazzjoni u t-tikkettar ta’ ċerti kimiċi perikolużi huma armonizzati biex tiġi żgurata ġestjoni xierqa tar-riskji fl-UE kollha.
L-Istati Membri u l-manifatturi, l-importaturi jew l-utenti downstream jistgħu jipproponu klassifikazzjoni u ttikkettar armonizzati (CLH) ta’ sustanza. L-Istati Membri biss jistgħu jipproponu reviżjoni ta’ armonizzazzjoni eżistenti u jissottomettu proposti CLH meta s-sustanza tkun sustanza attiva fi prodotti bijoċidali jew għall-protezzjoni tal-pjanti.
Ismijiet kimiċi alternattivi f’taħlitiet
Permezz taʼ dan il-proċess, il-fornituri jistgħu jitolbu l-użu ta’ isem kimiku alternattiv għal sustanza preżenti f’taħlita, sabiex jipproteġu n-natura kunfidenzjali tan-negozju tagħhom u b’mod partikolari, id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali tagħhom. Kwalunkwe talba għal ismijiet kimiċi alternattivi approvata mill-ECHA tkun valida fl-Istati Membri kollha tal-UE.
Inventarju C&L
L-obbligu ta’ notifika skont CLP jesiġi li l-manifatturi u l-importaturi jissottomettu informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni u t-tikkettar tas-sustanzi li jqiegħdu fis-suq lill-Inventarju C&L miżmum mill-ECHA.
Ċentri tal-Avvelenament
Fl-2017, l-Anness VIII ġdid żdied għar-Regolament CLP, fejn jimplimenta r-rekwiżiti tal-informazzjoni armonizzata għan-notifiki skont l-Artikolu 45. Din l-informazzjoni tiġi sottomessa lill-korpi maħtura fl-Istat Membru u tintuża għar-rispons ta’ emerġenza relatata mas-saħħa (iċ-Ċentri tal-Avvelenament).
L-Anness VIII jiddefinixxi identifikatur uniku tal-formula (UFI), li jkun meħtieġ fuq it-tikketta tat-taħlita, b’hekk joħloq link ċara bejn taħlita mqiegħda fis-suq u l-informazzjoni disponibbli għar-rispons ta’ emerġenza relatata mas-saħħa.