Sostituzzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi
Sostituzzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi
Il-kumpaniji fl-UE qed jissostitwixxu dejjem aktar is-sustanzi kimiċi perikolużi u l-proċessi ta’ manifattura ma’ sustanzi kimiċi aktar sikuri u ma’ teknoloġiji aktar ekoloġiċi. Dan jista’ jġib benefiċċji sostanzjali għall-kumpaniji, l-ambjent u s-saħħa tal-ħaddiema u l-konsumaturi. Jista’ wkoll ikollu impatt pożittiv sinifikanti fuq l-implimentazzjoni ta’ ekonomija ċirkolari.
Benefiċċji
Hemm ħafna raġunijiet għaliex il-kumpaniji jew organizzazzjonijiet oħra jistgħu jfittxu li jissostitwixxu sustanza kimika, bħat-titjib tal-impronta ambjentali tal-prodotti jew tal-proċessi tal-manifattura tagħhom, l-għoti ta’ funzjonalità teknika aħjar jew ir-rispons għad-domandi tal-klijenti jew ir-rekwiżiti legali. Bħala parti minn dawn l-isforzi ta’ żvilupp, huwa importanti li wieħed ifittex li jnaqqas ir-riskji potenzjali kkawżati mis-sustanzi li jintużaw. Għandhom jiġu kkunsidrati diversi għażliet ta’ sostituzzjoni: il-bidla għal sustanza kimika inqas perikoluża, l-użu ta’ teknika alternattiva jew il-ħolqien ta’ disinn ta’ prodott differenti. Fil-prattika, normalment hija kombinazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet li twassal għas-suċċess. Ħafna drabi, dawn l-azzjonijiet itejbu l-effiċjenza tal-produzzjoni, jixprunaw l-innovazzjoni, jgħinu lill-kumpaniji jiksbu vantaġġ kompetittiv u jiffrankaw l-ispejjeż, u fl-aħħar mill-aħħar ikunu ta’ benefiċċju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.
Rekwiżiti legali
Meta tiġbor data dwar l-impatt ta’ sustanza kimika fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, tista’ tikkonkludi li tista’ tnaqqas ir-riskju kkawżat mis-sustanza tiegħek.
Filwaqt li dak l-għarfien fih innifsu jista’ jwasslek biex tfittex alternattivi aktar sikuri, għas-sustanzi l-aktar perikolużi, il-leġiżlazzjoni tal-UE tista’ teħtieġ li inti tissostitwihom.
Dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà
L-informazzjoni nġabret b'kooperazzjoni mal-partijiet interessati tal-ECHA. Il-fatt li tillinkja ma' siti web esterni ma għandux jitqies bħala xi tip ta' approvazzjoni mill-ECHA. Jekk taċċessa sit ieħor permezz ta' wieħed minn dawn il-links, inti soġġett/a għall-politika tal-privatezza ta' dak is-sit. Għal aktar tagħrif dwar links ta' parti terza, ara l-Avviż Legali tal-ECHA.
Contact
For general questions or suggestions on substitution related matters contact substitution[a]echa.europa.eu.
- Substances of concern: Why and how to substitute? [PDF]
- ECHA strategy to promote substitution to safer chemicals (January 2018) [PDF]
- Improving the Identification, Evaluation, Adoption and Development of Safer Alternatives [PDF]
- Accelerating substitution: strategic options assessment [PDF]
- Impacts of REACH restriction and authorisation on substitution in the EU [PDF]
- Report on substitution-supporting activities in 2018-2019 and focus in 2020-21 [PDF]
- Painting a safer Europe (video)