Valutazzjoni ta' Sustanza
Valutazzjoni ta' Sustanza
L-Istati Membri jivvalutaw is-sustanzi elenkati fil-CoRAP biex jiċċaraw jekk l-użu tagħhom jippreżentax riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent. L-għan huwa li jitolbu aktar informazzjoni mir-reġistranti tas-sustanza biex jivverifikaw it-tħassib issuspettat, jekk ikun meħtieġ.
Il-valutazzjoni fl-aħħar tista’ tikkonkludi li r-riskji jkunu suffiċjentement taħt kontroll bil-miżuri li jkunu diġà fis-seħħ. Inkella, tista’ twassal għall-proposta ta’ miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskji fl-UE kollha bħal restrizzjonijiet, identifikazzjoni ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna jew azzjonijiet oħra barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ REACH, eż. klassifikazzjoni armonizzata.
F’kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-ECHA tiddefinixxi l-kriterji bbażati fuq ir-riskju u mbagħad tagħżel is-sustanzi li għandhom jiġu valutati. Is-sustanzi magħżula jiġu elenkati mill-ECHA fil-pjan ta’ azzjoni rikorrenti Komunitarju (CoRAP) b’segwitu għall-opinjoni tal-Kumitat tal-Istati Membri. Jinħatar Stat Membru ta’ valutazzjoni għal kull sustanza fil-CoRAP finali.
Ir-raġuni inizjali għall-għażla ta’ sustanza għall-CoRAP ma tillimitax l-ambitu tal-valutazzjoni. Matul il-valutazzjoni, l-Istat Membru jista’ jidentifika tħassib ieħor li jkun jeħtieġ kjarifika sabiex jiġi konkluż jekk sustanza hijiex ta’ tħassib jew le. Madankollu, l-Istat Membru jista’ jiffoka l-valutazzjoni fuq ċerti aspetti tas-sustanza.
Il-proċess ta’ valutazzjoni tas-sustanza jivvaluta d-dossiers kollha ta’ reġistrazzjoni mir-reġistranti kollha speċifiċi għall-istess sustanza jew grupp ta’ sustanzi, jiġifieri sabiex jitqiesu t-tunnellaġġi aggregati ta’ produzzjoni u l-esponiment ikkombinat. Jiġu kkunsidrati wkoll sorsi disponibbli oħra ta’ informazzjoni.
L-Istat Membru ta’ valutazzjoni għandu 12-il xahar mill-pubblikazzjoni tal- CoRAP (għas-sustanzi elenkati għall-ewwel sena) biex jiddeċiedi jekk għandux bżonn jitlob aktar informazzjoni mir-reġistranti biex jiċċara t-tħassib. Din it-talba ġeneralment tmur lil hinn mir-rekwiżiti ta’ informazzjoni standard ta’ REACH (l-Annessi VII sa X). Pereżempju, ir-reġistranti jista’ jkollhom bżonn jipprovdu studji speċifiċi għall-proprjetajiet ta’ interferenza endokrinali, informazzjoni dwar il-periklu ta’ livell ogħla anki jekk ir-reġistranti kollha jkunu rreġistraw f’tunnellaġġi aktar baxxi jew monitoraġġ tal-livelli ta’ konċentrazzjoni fl-organiżmi jew fl-ambjent.
Il-fehma li tkun meħtieġa aktar informazzjoni tiġi kondiviża mal-Istati Membri l-oħra kollha u l-ECHA sabiex jintlaħaq qbil. L-ECHA tiddeċiedi li titlob aktar informazzjoni kif meħtieġ.
- Addressing substances of concern
- How to act in substance evaluation
- Interaction between the evaluating Member State and the Registrants under Substance Evaluation – Recommendations [PDF] [EN]
- Selection criteria to prioritise substances for Substance Evaluation [PDF] [EN]
- Member State Committee
- Substance Evaluation fact sheet
- Leaflet - Substance evaluation under REACH [PDF] [EN]
- Assessment of the substance evaluation process [PDF] [EN]
Workshop proceedings
- October 2017 [PDF] [EN]
- November 2015 [PDF] [EN]
- May 2014 [PDF] [EN]
- May 2013 [PDF] [EN]
- June 2012 [PDF] [EN]
- May 2011 [PDF] [EN]