Eżenzjoni PPORD
Eżenzjoni PPORD
Taħt REACH ma hemm ebda obbligu li tirreġistra sustanzi f'ammonti taħt it-tunnellata metrika waħda kull sena.
Sabiex l-innovazzjoni tkun dejjem aktar inkoraġġuta, sustanzi użati f' riċerka u żvilupp xjentifiku (SR&D) f'ammonti ta' inqas minn tunnellata metrika waħda kull sena wkoll huma eżentati mill-awtorizzazzjoni u mir-restrizzjoni.
Sustanzi użati f'aktar minn tunnellata metrika waħda kull sena għal riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi (PPORD) jistgħu ukoll ikunu eżentati mill-obbligu ta' reġistrazzjoni għal perjodu ta' ħames snin. Sabiex tibbenefika minn din l-eżenzjoni, għandha tiġi ppreżentata lill-ECHA notifika PPORD.
Fin-notifika PPORD, il-kumpaniji għandhom jinkludu:
- Informazzjoni dwar l-identità tas-sustanza,
- il-klassifikazzjoni tagħha,
- informazzjoni relatata mal-programm PPORD, u
- il-kwantità tas-sustanza mistennija li tkun manifatturata jew importata matul il-perjodu ta' eżenzjoni ta' ħames snin.
L-ECHA tivvaluta n-notifika PPORD u tista' timponi kondizzjonijiet għall-eżenzjoni PPORD. Il-manifattur jew l-importatur tas-sustanza għandu jikkonforma mal-kondizzjonijiet imposti u għandu jinforma lill-klijenti rilevanti involuti fil-PPORD.
F'każ li sustanza użata għal PPORD tkun soġġetta għal restrizzjoni jew awtorizzazzjoni, id-deċiżjonijiet rispettivi jispeċifikaw kif japplikaw għal PPORD. Jiddefinixxu wkoll il-kwantitajiet massimi tas-sustanza li jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni PPORD.
See also under the Support section