Reġistrazzjoni

Il-kumpaniji għandhom ir-responsabbiltà li jiġbru informazzjoni dwar il-karatteristiċi u l-użijiet ta’ sustanzi li jimmanifatturaw jew jimportaw f’aktar minn tunnellata metrika waħda kull sena. Għandhom ukoll jagħmlu valutazzjoni tal-perikli u tar-riskji potenzjali ppreżentati mis-sustanza.

Din l-informazzjoni tiġi kkomunikata lill-ECHA permezz ta’ dossier tar-reġistrazzjoni li jkun jinkludi informazzjoni dwar il-periklu u, meta rilevanti, valutazzjoni tar-riskji li l-użu tas-sustanza jista’ jġib miegħu u kif dawn ir-riskji għandhom ikunu kkontrollati.

Ir-reġistrazzjoni tapplika għal sustanzi weħidhom, sustanzi f’taħlitiet u ċerti każijiet ta’ sustanzi f’oġġetti. Sustanzi kimiċi li diġà huma rregolati minn leġiżlazzjonijiet oħra bħal mediċini, jew sustanzi radjoattivi huma parzjalment jew kompletament eżentati mir-rekwiżiti REACH.

Ir-reġistrazzjoni hija bbażatata fuq il-prinċipju “sustanza waħda, reġistrazzjoni waħda”. Dan ifisser li manifatturi u importaturi tal-istess sustanza għandhom jippreżentaw ir-reġistrazzjoni tagħhom b’mod konġunt. L-informazzjoni analitika u spettrali pprovduta għandha tkun konsistenti u suffiċjenti biex tikkonferma l-identità tas-sustanza.

Ġeneralment trid titħallas tariffagħar-reġistrazzjoni ta’ sustanza.

 

Sustanzi li għandhom jiġu rreġistrati
 
Manifatturi u importaturi potenzjali ta’ sustanzi għandhom jippreżentaw domanda lill-ECHA u jirreġistraw is-sustanza qabel ma jkunu jistgħu jimmanifatturaw jew jimportaw is-sustanza.
 
Is-sustanzi kollha notifikati taħt id-Direttiva dwar Sustanzi Perikolużi (magħrufa wkoll bħala NONS) huma kkunsidrati rreġistrati taħt REACH u l-ECHA attribwiet numri tar-reġistrazzjoni lin-notifiki kollha.

 

Min jeħtieġ li jirreġistra?

Teħtieġ li tirreġistra jekk inti:

  • Manifattur jew importatur fl-UE ta’ sustanzi weħidhom jew f’taħlita
  • Produttur jew importatur fl-UE ta’ oġġetti li jissodisfaw il-kriterji spjegati fil-Gwida dwar ir-rekwiżiti għal sustanzi f’oġġetti.
  • “Rappreżentant uniku” stabbilit fl-UE u maħtur minn manifattur, fomulatur jew produttur ta’ oġġett stabbilit barra l-UE biex jiġu ssodisfati l-obbligi tar-reġistrazzjoni ta’ importaturi

 

 

Links relatati