- ECHA
- Leġiżlazzjoni
- REACH
- Awtorizzazzjoni
- Rakkomandazzjoni għall-inklużjoni fil-Lista ta' Awtorizzazzjoni
Rakkomandazzjoni għall-inklużjoni fil-Lista ta' Awtorizzazzjoni
Rakkomandazzjoni għall-inklużjoni fil-Lista ta' Awtorizzazzjoni
Rakkomandazzjoni għall-inklużjoni fil-Lista ta' Awtorizzazzjoni
L-ECHA tivvaluta regolarment is-sustanzi mil-Lista ta’ Kandidati biex tiddetermina liema minnhom għandhom jiġu inklużi fil-Lista tal-Awtorizzazzjoni bħala prijorità. Il-prijoritizzazzjoni tiġi bbażata fuq informazzjoni dwar il-karatteristiċi intrinsiċi, użu mxerred ħafna jew volumi għoljin li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit tal-awtorizzazzjoni. L-ECHA tniedi konsultazzjoni li ddum tliet xhur bħala parti mill-proċess.
L-abbozz tar-rakkomandazzjoni jinkludi, fost affarijiet oħra, din l-informazzjoni:
- Data tat-Terminazzjoni minn meta t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ sustanza jkun ipprojbit, sakemm ma tingħatax awtorizzazzjoni jew l-użu ma jkunx eżentat mill-awtorizzazzjoni;
- Id-data l-iktar tard tal-applikazzjoni sa meta għandhom jiġu riċevuti l-applikazzjonijiet jekk l-applikant jixtieq ikompli jqiegħed is-sustanza fis-suq jew jużaha wara d-data tat-terminazzjoni;
- Perjodi ta’ rieżami għal ċertu użu, jekk ikun hemm;
- Użu eżentat mir-rekwiżit tal-awtorizzazzjoni, jekk ikun hemm.
Il-Kumitat tal-Istati Membri jipprepara l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz tar-rakkomandazzjoni waqt li jikkunsidra l-kummenti li jirċievi matul il-konsultazzjoni.
L-opinjoni tal-kumitat u l-kummenti riċevuti waqt il-konsultazzjoni se jgħinu lill-ECHA tiffinalizza r-rakkomandazzjoni tagħha. Ir-rakkomandazzjoni tal-ECHA tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni Ewropea, li tiddeċiedi dwar is-sustanzi li għandhom jiġu inklużi fil-Lista tal-Awtorizzazzjoni.
Eżenzjonijiet
Hemm xi eżenzjonijiet ġeneriċi mir-rekwiżit tal-awtorizzazzjoni. Minbarra dawn l-eżenzjonijiet ġeneriċi, l-ECHA tista’ tipproponi eżenzjonijiet speċifiċi għal sustanzi u użu, meta tkun diġà teżisti leġiżlazzjoni tal-UE li tipprovdi r-rekwiżiti minimi għall-kontroll kif suppost tar-riskji biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent.
Dawn l-eżenzjonijiet huma ddettaljati fir-rakkomandazzjoni li l-ECHA tippreżenta lill-Kummissjoni.
See also
- Candidate List
- Draft recommendation and consultation
- Recommendations for inclusion in the Authorisation List
- Authorisation List
- Consultations in the authorisation process explained
- How to participate in the consultation on ECHA’s draft recommendation
- How to participate in the parallel call for information by the European Commission
- MSC opinions on ECHA's draft recommendation for the Authorisation List
- Questions and Answers on Authorisation
- Authorisation process
- Addressing substances of concern
- Generic exemptions from the authorisation requirement [PDF][EN]
- General approach for prioritisation of SVHCs for Inclusion in the list of substances subject to Authorisation used in Recommendations [PDF][EN]
- General approach for prioritisation of SVHCs: practical implementation examples [PDF][EN]
- General approach for preparation of draft Annex XIV entries for substances to be included in Annex XIV [PDF][EN]
- ECHA's general responses on issues commonly raised in consultations on draft recommendations [PDF][EN]