Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni minn dossiers
Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni minn dossiers
L-ECHA qiegħda tippubblika informazzjoni inkluża fid-dossiers ta' reġistrazzjonijiet fuq is-sit web tagħha. Din tkun imbagħad disponibbli mingħajr ħlas għaċ-ċittadini Ewropej kollha sabiex ikunu infurmati dwar kwalunkwe riskju potenzjali tas-sustanzi kimiċi li jkunu qegħdin jużaw.
L-informazzjoni ppubblikata tkopri l-identità tas-sustanza, ir-riżultati ta' studji dwar il-karatteristiċi intrinsiċi u l-profili ta' periklu tagħha, il-livelli fejn ebda effett ħażin ma jkun mistenni għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, il-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tagħha, kif ukoll gwida dwar l-użu sigur tagħha.
Jekk ma jkunx hemm klejm ta' kunfidenzjalità, l-ECHA tipubblika wkoll dwar il-grad ta' purità tas-sustanza essenzjali għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar, il-limitu ta' tunnellaġġ totali, sommarji (robusti) tal-istudju, informazzjoni fl-iskeda ta' data ta' sigurtà u l-isem kummerċjali.
Taħt ċerti ċirkostanzi, l-isem IUPAC jista' jkun ikklejmjat kunfidenzjali. F'dawn il-każijiet, ir-reġistrant għandu jipprovdi isem pubbliku li l-ECHA tista' tuża għal skopijiet ta' tqassim.
Qabel ma jippreżentaw id-dossiers tagħhom, ir-reġistranti għandhom l-opportunità li jitolbu li ċerta data tinżamm kunfidenzjali u li jikkontrollaw liema informazzjoni se tkun disponibbli pubblikament. It-talba għal kunfidenzjalità tapplika biss għal sett ta' data limitat u teħtieġ ġustifikazzjoni, li tkun ivvalutata mill-ECHA. F'każ li t-talba(iet) għal kunfidenzjalità tkun miċħuda (jkunu miċħuda) mill-ECHA, ir-reġistrant, fi żmien speċifikat, jista' jitlob lill-Aġenzija tirrieżamina d-deċiżjoni ta' rifjut.
Pariri prattiċi dwar x’jista’ jiġi ppubblikat fis-sit web tal-ECHA mid-dossier tar-reġistrazzjoni, kif tikklejmja ċerta data bħala kunfidenzjali u kif tasal għal isem pubbliku tista’ ssibhom fil-Manwal dwar "Id-Disseminazzjoni u l-kunfidenzjalità skont ir-Regolament REACH". Qabel ma jissottomettu dossier ir-reġistranti għandhom ukoll l-opportunità li jħarsu lejn il-previżwalizzazzjoni ta' disseminazzjoni ta' IUCLID biex jaraw liema data tista' tkun ippubblikata fis-sit web tal-ECHA.
See also under the Support section
See also
- Web form to request a review of a rejection of a confidentiality request
- Decision on establishing remedies for reviewing confidentiality request rejections (MB/17/2008) [PDF]