Leġiżlazzjoni

Leġiżlazzjoni

REACH

Ir-Regolament REACH għandu l-għan li jtejjeb il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mir-riskji li jistgħu jiġu kkawżati mis-sustanzi kimiċi.

CLP

Ir-Regolament CLP jiżgura li l-perikli ppreżentati minn sustanzi kimiċi jiġu kkomunikati b’mod ċar lill-ħaddiema u lill-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea permezz tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar tas-sustanzi kimiċi.

BPR

Ir-Regolament BPR għandu l-għan li jtejjeb il-funzjonament tas-suq tal-prodotti bijoċidali fl-UE, filwaqt li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għan-nies u l-ambjent.

Nested Applications

PIC

Ir-Regolament dwar il-Kunsens Infurmat minn Qabel jamministra l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċerti sustanzi kimiċi perikolużi u jqiegħed obbligi fuq il-kumpaniji li jixtiequ jesportaw dawn is-sustanzi kimiċi lejn pajjiżi mhux tal-UE.

CAD/CMRD (OELs)

Id-Direttiva dwar Aġenti ta’ Sustanzi Kimiċi u dwar il-Karċinoġeni, il-Mutaġeni jew is-Sustanzi Tossiċi għar-Riproduzzjoni (CMRD) jipprovdu qafas għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ esponiment okkupazzjonali, li jiffurmaw parti integrali mill-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema.

WFD

Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart tistabbilixxi miżuri li jindirizzaw l-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, u għat-titjib tal-użu effiċjenti ta’ riżorsi li huma kruċjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

Nested Applications

POPs

Ir- Regolament dwar il-POPs jipprojbixxi jew jirrestrinġi severament il-produzzjoni u l-użu ta’ pollutanti organiċi persistenti fl-Unjoni Ewropea.

DWD

Id-Direttiva riveduta dwar l-Ilma tax-Xorb għandha l-għan li tipproteġi liċ-ċittadini u lill-ambjent mill-effetti dannużi tal-ilma tax-xorb ikkontaminat u li ttejjeb l-aċċess għall-ilma tax-xorb.

Batteries

The Batteries Regulation aims to make batteries sustainable throughout their life cycle, and to protect citizens and the environment from risks of harmful chemicals in batteries. It also acknowledges the important role of batteries in transitioning to clean energy.