Nibdew

Il-parti l-kbira tal-kumpaniji jużaw is-sustanzi kimiċi f'xi mod jew ieħor. Dawn huma essenzjali għall-istil tal-ħajja tagħna u għall-ekonomija tagħna, iżda għandhom jiġu ġestiti b'sigurtà sabiex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. 

Japplikaw standards ugwali għall-manifattura, l-provvista u l-użu sigur tas-sustanzi kimiċi tul iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) sħiħa, li tinkludi l-Istati Membri tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja. Dawn l-istandards japplikaw għal kumpaniji irrispettivament mill-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista u l-prodotti li jimmanifatturaw, jimportaw, jesportaw, ifornu jew jużaw.

Dan ifisser li l-leġiżlazzjoni x'aktarx tapplika b'xi mod għan-negozju tiegħek. Din:

  • Tkopri s-setturi kollha li jimmanifatturaw, jimportaw, iqassmu jew jużaw is-sustanzi kimiċi bħala materja prima jew prodotti finali (mhux l-industrija kimika biss)
  • Tapplika għalik irrispettivament mid-daqs tal-kumpanija tiegħek
  • Tagħmlek responsabbli mill-użu sigur tas-sustanzi li tqiegħed fis-suq jew li tuża
  • Teħtieġ li kull attur fil-katina tal-provvista jikkomunika informazzjoni dwar l-użu sigur tas-sustanzi kimiċi
  • Tagħti lill-konsumaturi d-dritt li jistaqsu dwar sustanzi ta' tħassib serju ħafna li jinsabu fl-oġġetti tiegħek.

Dak li għandek tagħmel jiddependi mit-tip ta' prodotti li inti tqiegħed fis-suq jew li tuża:

  • Sustanzi weħidhom, inklużi metalli
  • Taħlitiet, jew
  • Oġġetti

Ikollok tikkonforma ma' rekwiżiti addizzjonali jekk inti tqiegħed prodotti perikolużi fis-suq. 

F'każ li din għalik hija novità, ibda hawnhekk. L-ewwel pass hu li tidentifika r-rwol tiegħek fil-katina tal-provvista għal kull prodott u mbagħad li tikkontrolla dak li hu meħtieġ mingħandek. Kumpanija waħda jista' jkollha iktar minn rwol wieħed.


 

Immaġni

 

Immaġni

 

Immaġni

 

Immaġni

 

Immaġni

 

Immaġni

 

Immaġni

 

Immaġni

 

Eżenzjonijiet?

Image