Proċess ta' valutazzjoni
Proċess ta' valutazzjoni
REACH għandu l-għan li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u l-proċess ta’ evalwazzjoni tiegħu jiżgura li jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar is-sustanzi kimiċi li jitqiegħdu fis-suq tal-UE u li l-industrija tissodisfa r-rekwiżiti legali tagħha.
L-evalwazzjoni tkopri żewġ oqsma:
- Evalwazzjoni tad-dossier: L-ECHA tiċċekkja li d-dossiers ta’ reġistrazzjoni jinkludu l-informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi li hija meħtieġa mil-leġiżlazzjoni.
- Evalwazzjoni tas-sustanza: L-Istati Membri jevalwaw is-sustanzi wara li jkunu identifikaw tħassib speċifiku.
Wara l-valutazzjoni, ir-reġistranti jistgħu jkunu meħtieġa jissottomettu jew jiġġeneraw informazzjoni addizzjonali dwar is-sustanza.
Il-proċess ta’ evalwazzjoni jikkonsisti minn tliet fażijiet:
-
Fażi 1 Valutazzjoni
-
Fażi 2 Teħid ta’ deċiżjonijiet
-
Fażi 3 Segwitu għad-deċiżjoni tal-ECHA