Utenti downstream
Utenti downstream
Il-kumpaniji jew il-ħaddiema individwali li jużaw sustanzi kimiċi jissejħu utenti downstream f'REACH u CLP. Dan jinkludi kumpaniji li jimmanifatturaw oġġetti jew joffru servizzi fejn is-sustanzi kimiċi mhumiex l-element ewlieni tan-negozju tagħhom, bħal kumpaniji tal-ikel, tal-kostruzzjoni jew tat-tindif. Is-sustanzi kimiċi li normalment jintużaw jinkludu żebgħa, metalli, adeżivi, solventi u aġenti tat-tindif.
L-utenti downstream għandhom rwol kruċjali fl-avvanz tal-użu sigur ta' sustanzi kimiċi billi jimplimentaw l-użu sigur fis-sit tagħhom stess u jikkomunikaw informazzjoni rilevanti kemm lill-fornituri tagħhom kif ukoll lill-klijenti tagħhom.
Dawn is-siti web jiddeskrivu kif l-utenti downstream huma affettwati minn REACH u CLP.
Aktar dwar ir-responsabbiltajiet tal-utenti downstream
REACH jinkludi rekwiżiti għall-utenti downstream biex jippromwovu l-użu sigur tas-sustanzi kimiċi.
Kwistjonijiet oħrajn li jaffettwaw l-utenti downstream
Ir-reġistrazzjoni ta' REACH, il-kontroll regolatorju tas-sustanzi kimiċi u leġiżlazzjoni oħra jaffettwaw ukoll l-utenti downstream.