Kondiviżjoni ta' dejta
Kondiviżjoni ta' dejta
Ir-reġistranti għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkondividu data dwar il-proprjetajiet intrinsiċi ta’ sustanzi b’mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju. Dan japplika b’mod partikolari għal informazzjoni li tinvolvi testijiet fuq annimali vertebrati. Billi jagħmlu dan, ir-reġistranti jnaqqsu l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni u jevitaw ittestjar mhux neċessarju, speċjalment fuq annimali vertebrati. Jekk il-partijiet ma jkunux jistgħu jilħqu qbil, bħala l-aħħar soluzzjoni l-ECHA tista’ tgħin issolvi tilwim rigward il-kondiviżjoni ta’ data.