Proċedura tal-Appell

Ċerti deċiżjonijiet tal-ECHA, elenkati fl-Artikolu 91 tar-Regolament REACH, jistgħu jiġu appellati quddiem il-Bord tal-Appell tal-ECHA.

Ir-regoli applikabbli għall-proċedura ta’ appell huma stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

Barra minn hekk, sabiex jgħin lill-partijiet jaġixxu b’mod konformi mar-rekwiżiti legali u jipprepara l-appelli tagħhom bl-aktar mod effettiv, il-Bord tal-Appell adotta Gwida għall-Prattika (Practice Directions).

Il-partijiet fil-proċedimenti tal-appell huma mogħtija l-parir li jissottomettu appelli u dokumenti proċedurali oħra billi jużaw il-formola web li ġiet żviluppata speċifikament għal dan il-għan.

Il-Bord tal-Appell ippubblika wkoll formoli speċjali u lista ta’ kontroll ta’ sostenn. L-użu tal-formoli mhuwiex obbligatorju, iżda huwa rrakkomandat ħafna. Dawn il-formoli jistgħu jintużaw għat-tħejjija ta’ dokumenti proċedurali li jiġu sottomessi jew permezz tal-formola web jew permezz tal-email.

 

N.B.: From 1 July 2019, the bank account details for appeal fee payments have changed. See contact page for more information. The Practice Directions will be amended in due course.